“Kull Bidu Fih It-Tmiem Tiegħu. Sfortunatament, Illum Hija L-Aħħar Ġurnata Filming Tas-Serje ‘Imħabba?'”

Imħabba

Imħabba? hi sensiela li rnexxielha żżomm lit-telespettaturi kurjużi ta’ kuljum għal kif ser tiżvolġi l-istorja. Fuq il-midja soċjali Clayton Pace, l-attur u direttur f’din il-produzzjoni, flimkien mat-tim tiegħu, kontinwament qanqal lis-segwaċi ta’ kuljum, dwar x’għandhom jistennew.

Din is-sensiela qed toqrob lejn tmiemha wkoll, hekk kif Mixta Drama ħabbru li llum ser ikunu qed jagħlqu l-aħħar ġurnata ta’ filming.

“Kull bidu fih it-tmiem tiegħu. Sfortunatament, illum hija l-aħħar ġurnata filming tas-serje Imħabba? Proġett tassew speċjali, grazzi lill-atturi u l-crew, li ġabu tassew enerġija pożittiva f’dan il-proġett.”

X’jidhrilkom minn kif żvolġiet l-istorja s’issa?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI