“L-Ikbar Piramida Mibnija Bil-Kannoli, Magħmula Mill-Inqas Ammont Ta’ Nies U Fl-Inqas Ħin” – The Malta Records

Il-Paġna ta’ The Malta Records illum ittella din l-aħbar dwar rekord nazzjonali li nkiseb fl-inqas ħin bl-inqas ammont ta’ nies li rnexxilhom jibnu l-ikbar piramida bil-kannolli.

“The Malta Records illum konna preżenti fir-raħal ta’ Santa Venera sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid waqt programm televiżiv.

L-ikbar piramida mibnija bil-kannoli, magħmula mill-inqas ammont ta’ nies u fl-inqas ħin. Il-piramida ġiet magħmula minn 2 persuni li poġġew 527 kannol f’ħin ta’ 16-il minuta. Kull kannol kellu daqs medju ta’ 13.5 ċentimetri u piż medju ta’ 160 gramma għal piż totali ta’ 84.320 kilogrammi.

Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Alan u Jake Abdilla minn Dolcicreazioni, bil-għajnuna ta’ Ramona Abdilla.

Ir-rekord sar waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ li kien imxandar dirett minn Santa Venera fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM.

The Malta Records nirringrazzjaw lill-Familja Abdilla minn Dolcicreazioni, Santa Venera li ppreparaw bis-sħiħ għal dan ir-rekord u nifirħulhom għal dan ir-rekord li huwa t-tieni rekord nazzjonali li waqqfu.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI