Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Lydon u Jomike ippubblikaw filmat ħelu immens li juri liż-żgħir tal-familja bl-ewwel wirja tiegħu tal-makjetti.
Lydon u Jomike serqu l-qlub ta’ kulħadd ħames snin ilu fl-ewwel staġun tal-Malta’s Got Talent, u issa jidher li Jayden, ż-żgħir, jaf jitħajjar ukoll jibda l-makjetti.
“Jayden Agius bl-ewwel Makjetta tieghu. Jidher li Jayden jixtieq ikanta minn jaf, aħna nħajruħ jkanta magħna,” kitbu fuq il-paġna.
Bravu Jayden! Nawgurawlu suċċess f’dak kollu li jixtieq!