Bil-Filmat: Manwal Ta’ Emerġenza Ser Jitqassam F’Kull Dar Biex Jiżdied L-Għarfien Għall-Prevenzjoni

112

Fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u l-Impjiegi Byron Camilleri, ippubblika filmat qasir fejn iħabbar li ser ikun qed jitqassam manwal f’kull dar.

Dan il-manwal huwa gwida li kull persuna għandha bżonn issegwi biex “idealment l-inċident ma jiġrix.” Dan il-manwal mhu xejn ħlief prevenzjoni li lkoll nistgħu nżommu f’moħħna biex jiġu evitati l-perikli.

Apparti minn hekk, ser tkun qed titqassam fire blanket f’kull dar biex tkompli titfakkar l-importanza għall-prevenzjoni.

“Il-Malti jgħid Bniedem avżat, nofsu armat… Aħna nixtiequ li mhux biss inkunu tajbin meta mmorru f’xi inċident, iżda idealment l-inċident ma jiġrix. Nixtiequ li nkomplu nibdlu l-mentalità tal-Maltin u l-Għawdxin u naħdmu iżjed fuq il-prevenzjoni.”

Segwu aktar f’dan il-filmat:







Ritratti:

Facebook/ Civili Protection Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI