26 Dispenser Ġdid Tan-New Water Ġie Kkummissjonat Fin-Nofsinhar Ta’ Malta Mill-Water Services Corporation

WSC

Il-Water Services Corporation ħabbret żvilupp importanti fis-settur tal-ilma f’Malta permezz ta’ post fuq Facebook, fejn żvelat li matul l-aħħar ħmistax ġew ikkummissjonati l-ewwel 26 dispenser ġdid tan-new water fin-Nofsinhar tal-pajjiż.

Dawn l-istazzjonijiet moderni jinsabu fiż-żoni tax-Xgħajra u San Anard, u diġà bdew jintużaw minn bdiewa lokali li rċevew l-aċċess tagħhom permezz ta’ sistema bbażata fuq FOB.

Skont il-korporazzjoni, dawn il-bdiewa bdew jutilizzaw l-ilma għal skopijiet agrikoli, filwaqt li aktar applikazzjonijiet qed jiġu pproċessati matul din il-ġimgħa biex jinfirex aktar l-użu ta’ dan is-servizz.

“Dan huwa pass importanti biex in-new water isir aktar aċċessibbli għall-komunità tal-bdiewa tagħna u dan billi nipprovdu sors ta’ ilma affidabbli u sostenibbli fejn hemm bżonnu.”

B’dan l-investiment, il-Water Services Corporation qed tkompli tappoġġja lill-bdiewa Maltin u tħeġġeġ prattiċi aktar sostenibbli fl-agrikoltura lokali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI