“Aħna Lkoll Bnedmin, Ilkoll Nagħmlu Żbalji U Se Nibqgħu Nagħmluhom Sal-Aħħar Nett.” – Bjorn Formosa

Bjorn Formosa

Bjorn Formosa huwa xempju ta’ ispirazzjoni u determinazzjoni f’Malta, li biddel sfida personali f’missjoni ta’ tama għal ħafna oħrajn.

Wara li rriżulta li kellu l-ALS, huwa waqqaf ALS Malta u fetaħ Dar Bjorn fl-2017 — dar innovattiva li toffri kura 24 siegħa kuljum u trattament speċjalizzat għal persuni b’kundizzjonijiet newroloġiċi severi bħal ALS u MS.

Barra minn hekk, Bjorn huwa magħruf għall-messaġġi pożittivi u mimlijin tama li jaqsam fuq il-midja soċjali, fejn spiss jenfasizza l-importanza tal-imħabba u r-rispett.

Bjorn kiteb dwar l-importanza li nitgħallmu mill-iżbalji, u li nammettu fejn inħossu li żbaljajna.

“Aħna lkoll bnedmin, ilkoll nagħmlu żbalji u se nkomplu nagħmluhom sal-aħħar nett! Irridu biss inkunu umli u dejjem nitolbu skuża għal dak li sar.”

Kliem li fih x’tomgħod Bjorn!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI