The Malta Police Force ħabbret inizjattiva ġdida li tkompli ssaħħaħ il-preżenza u s-servizz fil-komunità ta’ Tas-Sliema.
Matul Community Engagement Event organizzat f’Bisazza Street, il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema ppreżenta uffiċjalment żewġ e-bikes lit-tim tal-Community Policing tal-lokalità.
Id-donazzjoni ġiet formalizzata permezz ta’ Memorandum of Understanding iffirmat mis-Sindku ta’ Tas-Sliema, John Pillow, u mis-Supretendent tal-Pulizija, Joseph Busuttil.
“Dawn ir-roti elettriċi se jappoġġjaw lill-uffiċjali fil-patrolling b’mod aktar effiċjenti, itejbu l-ħinijiet ta’ rispons u jkomplu jipprovdu servizz imtejjeb lill-komunità. Pass pożittiv ‘il quddiem fit-tisħiħ tal-pulizija komunitarja f’Tas-Sliema”
Pass li kapaċi jħalli l-frott!