Il-kantanta lokali Maxine Pace għadha kemm qasmet aħbar mill-isbaħ, hekk kif hi u l-imħabba ta’ ħajjtiha ħadu l-għerusija.
Maxine u l-maħbub tagħha Herbert qed jistennew b’ħerqa l-ġurnata meta jgħidu s-signor si, u b’hekk jibdew kapitlu ġdid fil-ħajja tagħhom.
Ċertament li bosta segwaċi ta’ Maxine ħadu gost b’din l-aħbar, u kienu fost dawk li ferħulha fil-kummenti għal dan il-pass li jmiss.
It-tim ta’ Gwida jawgura lil Maxine u Herbert ħafna affarijiet sbieħ.