“In-Nies Kienu Jinġibdu Lejha… Persuna Speċjali Ħafna Għalija” – Angele Cristina Dwar Nannitha Vitorin Galea

Vitorin Galea

30 sena ilu ħalliet din id-dinja l-attriċi bravissima Vitorin Galea li jgħaddu kemm jgħaddu snin tibqa’ magħrufa fix-xena lokali għall-ħiliet impekkabbli tagħha.

Vitorin tiġi n-nanna ta’ Angele Cristina, li f’Marzu li għadda ħolqot kontenut tant prezzjuż għal nannitha, fejn preżentat konverżazzjoni li qatt ma saret, imma tixtieq ħafna li esperjenzat ma’ nannitha.

Waqt Illum ma’ Steph, Angele tkellmet ma’ Stephanie f’kollegament mill-Ġermanja. Hi Tgħid, “In-nies kienu jinġibdu lejha… persuna speċjali ħafna għalija.”

Tgħid li minkejja għaddew 30 sena issa minn l-aħħar darba li kelmitha, xtaqet tirregala lilha nnifisha, billi tfakkar il-memorja tagħha b’dan il-filmat speċjali.

Angele tappella biex kull min għandu xi kontenut ta’ nannitha Vitorin, jibgħathom fuq l-email – B’hekk ikunu jistgħu jgħinuha biex ikollha aktar memorji tagħha.

Segwi aktar HAWN







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI