“Il-Kumitat U L-Membri Fi Ħdan Is-Soċjetà… Jixtiequ Jawguraw Lil Mro. Andrea Cassar U Martu” – Is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard

Is-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard Mosta awguraw lill-Maestro Andrea Cassar f’jum tant speċjali fejn beda kapitlu ġdid flimkien mal-għażiża martu Margherita.

Fuq il-paġna uffiċjali huma kitbulu, “Il-kumitat u l-membri fi ħdan is-Soċjetà Filarmonika Nicoló Isouard jixtiequ jawguraw lil Mro . Andrea Cassar u martu, Margherita, li llum ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. F’din iċ-ċelebrazzjoni kienu wkoll preżenti membri tal-banda tagħna kif ukoll l-istudenti tal-Little Isouards.”



It-tbissima fuq fomm il-koppja miżżewġa tixhed il-ferħ f’qalbhom u l-imħabba li għandhom lejn xulxin. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom f’din il-ġurnata speċjali u nitolbu biex Alla jkompli jżomm idejh fuqhom. Awguri mill-qalb!





Ritratti:

Facebook / Soċjeta Filarmonika Nicolo Isouard Mosta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI