Dr. Josianne Cutajar kitbet dwar ġest mill-isbaħ li wettqet bit-tir li tkun hemm għal dawk li qed jikkumbattu f’mumenti iebsin.
“Mument ta’ taħbit il-qalb imma l-isbaħ wieħed f’dan ix-xahar. Inħeġġeġ lil min jista’ biex jagħmel att ġeneruż li jfisser ħafna għal min ikun għaddej mit-tbatija tal-kanċer,” kitbet.
Għad-dettalji ta’ kif min irid jista’ jagħti donazzjoni ta’ xagħar, idħol HAWN
Prosit tassew Dr. Josianne!