Iż-żagħżugħ Kezman Mamo żvela b’dispjaċir li sfortunatament jinsab f’sitwazzjoni medika mhux mistennija u għalhekk għal issa mhux se jkun attiv fuq il-midja soċjali.
“Nittama li nkun nista’ nirritorna dalwaqt,” kiteb Kezman.
Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena jservi ta’ ispirazzjoni b’mod kontinwu għal bosta hekk kif ma jħallix il-fatt li hu nieqes mid-dawl iwaqqfu milli jwettaq il-ħolm tiegħu. Fil-fatt, hu b’mod regolari jtella’ filmati fejn fihom itiegħem u jagħti l-fehma tiegħu dwar ikel varju.
Nawguraw fejqan ta’ malajr lil Kezman!
Facebook / Kezman Mamo