“23 Sena Ta’ Mħabba U Vjaġġ Flimkien” – Ivan Grech Jiċċelebra Anniversarju Speċjali Ma’ Martu Deborah

“Fl-30 ta’ April 2003 sirna raġel u mara… illum 23 sena.” B’dawn il-kelmiet, Ivan Grech fakkar anniversarju importanti fil-ħajja tiegħu, 23 sena ta’ żwieġ ma’ martu Deborah. F’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali, Ivan ħares lura lejn dak li ddeskriva bħala vjaġġ mimli kollox: ferħ, daħk, suċċessi u avventuri, imma wkoll dmugħ, sfidi u mumenti diffiċli.

Hu qal li l-ħajja flimkien kienet bħal roller coaster, b’ħafna ups and downs, iżda minkejja kollox dejjem baqgħu mexjin ’il quddiem bħala wieħed. “Matul it-triq, il-ħajja tippreżenta l-ikbar ostakli tagħha, iżda b’dak kollu li jingħata u jittieħed, nibqgħu nimxu ’l quddiem bħala wieħed,” kiteb Ivan.



Huwa enfasizza kif ir-relazzjoni tagħhom kienet mibnija fuq valuri importanti bħal rispett, fehim, appoġġ u mħabba vera. B’mod ħafif żied ukoll li minkejja li xi drabi “jsuqha miġnuna”, dawn is-snin kienu mimlijin b’kindness, unity u support.



Ivan tkellem ukoll dwar kemm Deborah kellha rwol importanti f’ħajtu, u qal li mingħajrha, ħafna mill-akbar mumenti tiegħu kienu jibqgħu biss ħsieb jew ħolma. “Mingħajrek, xi wħud mill-aktar mumenti importanti f’ħajti kienu jibqgħu biss ħsieb, pjan jew ħolma,” qal.

Fl-aħħar tal-messaġġ tiegħu, Ivan indirizza lil martu direttament u qal li magħha jista’ jkun hu nnifsu. “Int dejjem toħroġ l-aħjar fija… miegħek nista’ dejjem inkun jien.” Il-messaġġ intemm b’tislima għall-futur, b’tama għal aktar snin flimkien. “Għal ħafna aktar snin flimkien… Inħobbok Deborah. L-anniversarju t-tajjeb, int kollox għalija.”

Messaġġ sempliċi u sinċier li juri li, minkejja kollox, huma baqgħu dejjem magħqudin.



Ritratti:

Facebook / Ivan Grech

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI