“L-Ebda Mewġa Ta’ Sħana f’Mejju” – Jikkonfermaw Dan It-Temp Madwarna

Il-paġna It-Temp Madwarna ċaħdet rapporti li dehru f’xi sezzjonijiet tal-media lokali dwar mewġa ta’ sħana li suppost se tolqot lil Malta f’nofs Mejju.

F’post fuq il-midja soċjali, huma spjegaw li kuntrarju għal dak li qed jiġi rrappurtat minn sorsi oħra, bħalissa m’hemm l-ebda indikazzjoni ta’ “heatwave” fil-jiem li ġejjin. Fil-fatt, huma saħqu li t-temp mistenni jibqa’ wieħed tipiku u staġjonali għal dan iż-żmien tas-sena.



Dan ifisser li, minflok temperaturi estremi, Malta mistennija tkompli tesperjenza kundizzjonijiet normali ta’ Mejju, b’temperaturi moderati u temp ġeneralment stabbli.



Il-messaġġ jasal fost konfużjoni li nħolqot minn rapporti differenti, u It-Temp Madwarna appellat biex il-pubbliku jsegwi informazzjoni minn sorsi affidabbli u aġġornati.

Għalissa, jidher li min kien qed jistenna mewġa ta’ sħana qawwija jista’ jserraħ rasu, hekk kif it-temp se jibqa’ wieħed normali għal dan il-perjodu tas-sena.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI