L-Attriċi U Preżentatriċi Monica Attard Tibqa’ F’Qalbna – Għaddew Sentejn Mill-Mewt Tagħha!

Għaddew sentejn minn meta Malta tilfet waħda mill-aktar personalitajiet distinti tagħha, Monica Attard, figura li ħalliet marka qawwija fid-dinja tal-media, it-teatru u x-xandir.



Ħafna jiftakru lil Monica fuq il-palk, tirreċta jew tippreżenta. Monica Attard ġiet deskritta minn ħafna bħala attriċi eċċellenti, professjonali sal-aħħar u persuna ta’ klassi kbira. Kienet ukoll magħrufa għall-preżenza tagħha fuq it-televiżjoni u r-radju, fejn kienet tispikka mhux biss għall-kapaċitajiet tagħha, iżda wkoll għall-mod kif kienet tilħaq lill-udjenza b’mod naturali u ġentili.



Ħafna jibqgħu jiftakruha bħala stilla vera fix-xena Maltija. Sadanittant, dawk li kienu jafuha, iħobbuha u segwew il-karriera tagħha nġabru biex ifakkru ħajjitha u jagħtu ġieħ lilha waqt ċelebrazzjoni li saret fil-Knisja tan-Nazzarenu fuq ix-xatt ta’ Tignè f’tas-Sliema.

Għalkemm għaddew sentejn mit-tluq tagħha, il-memorja ta’ Monica Attard tibqa’ ħajja f’qalb dawk kollha li kellhom ix-xorti li jiltaqgħu magħha jew japprezzaw ix-xogħol tagħha.



Ritratti:

Facebook / John B Dougall

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI