L-atturi Paul u Vivienne Camilleri llum qed jiċċelebraw 41 sena miżżewġin. Iż-żewġ atturi huma wiċċ familjari mal-udjenza Maltija hekk kif apparti li dan l-aħħar it-tnejn ħadu sehem fis-sensiela Casa Ċelestina, apparti minn hekk tul is-snin kienu parti minn bosta produzzjonijiet Maltin.
Fost bosta sensiliet li huma ħadu sehem fihom hemm KC, Bawxati, One Star Hotel, Ta’ Gerit, Dun Benit kif ukoll Iċ-Ċaqqufa.
Nawgurawlhom għal iżjed snin ta’ mħabba u ferħ!
Facebook / CASA Ċelestina