Intervistata mill-preżentatriċi Maria La Barokka waqt il-programm Kuxjenza, Kim Tonna tkellmet dwar il-bullying li affaċjat meta kienet għadha tifla fl-iskola sekondarja.
Kim tirrakkonta kif darba minnhom kienet saħansitra qalgħet xebgħa fiżika kbira u kważi tilfet id-dawl t’għajnejha minħabba f’hekk.
“Ħafna tfajliet ma nafhomx kienu daruni u tawni xebgħa… biex jumiljawni kienu saħansitra qalgħuli ż-żarbuna tiegħi stess u tawni daqqa biha f’għajnejja… nirringrazzja lil Alla li ma tliftx id-dawl t’għajnejja dakinhar,” issemmi Kim.
Ta’ kull ġimgħa, il-programm Kuxjenza li jixxandar kull nhar ta’ Sibt fis-19:15 jagħti vuċi lil bosta li matul ħajjithom ikunu għaddew minn xi tbatija u jaspiraw li llum il-ġurnata jqajmu kuxjenza dwar dan sabiex proprju jevitaw li ħaddieħor jgħaddi mill-istess tbatija.
Facebook / Maria La Barokka Muscat