Illum AIDAN kellu l-ewwel rehearsal għall-prestazzjoni li mistenni jagħti l-ġimgħa d-dieħla fil-Eurovision Song Contest. Għalkemm s’issa għadu ma ħarġux filmati ta’ dan l-ewwel rehearsal, l-EBU ħarġet l-osservazzjonijiet tagħha.
L-EBU osservat kif fuq il-palk, fil-ħin se li jkun qed jagħti l-prestazzjoni tiegħu AIDAN, se jkuhemm prop kbira msejsa fuq l-arkitettura klassika. Diversi sorsi qed isemmu li din jaf tkun l-ikbar prop li l-palk tal-Eurovision fi Vjenna se jkun qed jara din is-sena.
Fi stqarrija li ħarġu komplew jispjegaw kif l-aspett viżwali tal-prestazzjoni ta’ AIDAN se jkun qed jissaħħaħ bil-preżenza tal-petali tal-ward.
Facebook / AIDAN