David Attenborough – Il-Vuċi Kalma U Familjari Wara Bosta Dokumentarji Dwar In-Natura Jagħlaq 100 Sena

David Attenborough, il-vuċi kalma u familjari wara bosta dokumentarji dwar in-natura, illum għalaq 100 sena. Attenborough huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar xandara u naturalisti rispettati fid-dinja, hekk kif matul aktar minn seba’ deċennji rnexxielu jqarrab miljuni ta’ nies lejn id-dinja affaxxinanti tal-annimali u n-natura.



Imwieled fit-8 ta’ Mejju 1926, l-imħabba tiegħu lejn in-natura bdiet minn età żgħira meta kien jiġbor fossili. Aktar tard studja x-Xjenzi Naturali f’Clare College, Cambridge, qabel serva fir-Royal Navy bejn l-1947 u l-1949. Wara ngħaqad mal-BBC fejn beda karriera straordinarja fix-xandir li għadha sal-lum tispira lil ħafna.



Matul is-snin, Attenborough sar ukoll vuċi importanti favur il-protezzjoni tal-ambjent, il-bijodiversità, l-użu ta’ enerġija rinnovabbli u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Hu kien miżżewweġ lil Jane Elizabeth Ebsworth Oriel sal-mewt tagħha fl-1997 u għandhom żewġt itfal, Robert u Susan.



Żgur li l-vuċi tiegħu ġieli smajtha, u jekk taħseb li le, probabbli għax ma kontx taf li tiegħu!

Ritratti:

Facebook / David Attenborough Fans

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI