It-tilqima kontra l-Coronavirus għandu jdum għal diversi snin mill-inqas, dan ġie kkonfermat mix-xjentisti Ingliżi li l-proġett tal-vaċċin tagħhom qiegħed minn ta’ quddiem sabiex ikollu riżultati pożittivi.
Il-Professur Sarah Gilbert qalet lill-membri parlamentari Ingliżi li kienet ottimista li vaċċin se jipprovdi tul tajjeb ta’ immunità. Hija l-esperta ewelenija li qed tmexxi t-tim tal-Università ta’ Oxford li qed tfassal vaċċin kontra dan il-virus. Għalhekk din l-istqarrija min-naħa tagħha tista’ tgħin biex tneħħi l-biżgħat fuq kemm tista’ ddum il-protezzjoni kontra l-Covid-19.

Tħassib tqajjem wara li dawk b’tipi oħra ta’ Coronavirus – li huma inqas perikolużi u jikkawżaw riħ komuni – deher li jistgħu jiġu reinfettati mill-ġdid fi żmien sena. Il-vaċċin jaħdem differenti minn l-immunità tal-persuni li jkunu rkupraw mill-virus.
Hija qalet: “Il-vaċċini għandhom mod differenti ta’ kif jidħlu mas-sistema immunitarja, u aħna nsegwu n-nies fl-istudji tagħna billi nużaw l-istess tip ta’ teknoloġija biex jagħmlu l-vaċċin għal bosta snin, u għadna naraw rispons qawwi fl-immunità.”

Jidher li għalkemm għadhom qed jittestjaw dan hi tinstab ottimista u studju preċidenti juri li l-vaċċin gġandha turi tul tajjeb ta’ immunità, hi tisħaq, “għall-inqas għal diversi snin, u probabbilment aħjar minn immunità akkwistata b’mod naturali.”