Fondazzjoni Nazareth sellmu lil Jane Formosa, u rringrazzjaw lill-familja tagħha għall-ġest nobbli li jiġbru somma flus għall-fondazzjoni.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom spjegaw, “B’sogħba nħabbru l-mewt tal-għażiża, Jane Formosa. Minflok fjuri u santi, il-familja għażlet li tagħti donazzjoni ta’ €500 lil Fondazzjoni Nazareth sabiex ifakkruha b’att ta’ mħabba u għajnuna lejn oħrajn. Il-funeral se jsir nhar it-Tlieta 19 ta’ Mejju, 2026 fis-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar, b’ Quddiesa li tibda fit-08:30am. Agħtiha O mulej, il-mistieħ mistħoqq. Nitolbu lil kull min jafha biex jiftakarha fit-talb tiegħu.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt noffru l-kondoljanzi tagħna lill-ħbieb u għeżież tagħha. Tistrieħ fis-sliem u l-paċi mall-Missier. Il-memorja tagħha tibqa’ f’qalbna għal dejjem.
Facebook / Fondazzjoni Nazareth