“Qed Inħabbru Li L-Ħanut Tal-Ħelu Tagħna Dalwaqt Se Jagħlaq Il-Bibien Tiegħu” – Dylan’s House of Candy

Sfortunatament, se jagħlaq ħanut maħbub minn ħafna, Dylan’s House of Candy. Dan il-ħanut kien ikollu ħelu u prodotti internazzjonali li ma ssibhomx f’ħwienet ordinarji.

“Qed inħabbru li l-ħanut tal-ħelu tagħna dalwaqt se jagħlaq il-bibien tiegħu,” huma kitbu fuq Facebook. “Dak li beda bħala ħolma sempliċi nbidel fi snin ta’ daħk, ċelebrazzjonijiet, u mumenti ħelwin kondiviżi magħkom ilkoll.”

“Qabel ma ngħidulkom ‘saħħa’, qed norganizzaw ‘closing-down sale’ biex nirringrazzjawkom talli kontu parti mill-vjaġġ tagħna: Skontijiet speċjali fuq il-ħelu favorit tagħkom; Ċans wieħed tal-aħħar biex tieħdu d-dar il-ħelu li tħobbu; u Opportunità finali biex iżżuruna u taqsmu memorji magħna.

“Kull ħelwa, kull żjara, kull tbissima fissret id-dinja għalina. Dan mhux biss it-tmiem ta’ ħanut – huwa l-għeluq ta’ kapitlu li għożżna profondament.”







Ritratti:

Facebook / Dylan’s House of Candy

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI