Gillian Attard, wiċċ li għall-qarrejja tagħna tal-Gwida żgur mhuwiex wieħed ġdid, illum awgurat mill-qalb lill-għażiż ħuha f’jum għeluq sninu.
Kitbet, “Awguri lil ħija Christian Attard. Għaddejna minn żminijiet diffiċli flimkien… mumenti li onestament setgħu kissruna, imma b’xi mod dejjem irnexxielna nsibu lil xulxin. Aħna kompletament opposti. Iswed u abjad. Opinjonijiet differenti. Personalitajiet differenti. Inħarsu lejn il-ħajja b’mod differenti. Probabli ma naqblu fuq kważi xejn… ħlief ħaġa waħda: ma ngħixux mingħajr xulxin.”
Żiedet tgħid, “Tinbidel kemm tinbidel il-ħajja, u l-ġenn li jinqala’ , int dejjem se tibqa’ ħija, il-post sigur tiegħi, wieħed mill-iktar persuni b’saħħithom li naf.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’din il-ġurnata daqshekk speċjali!
Facebook / Gillian Attard