“Ħajjet Missieri Tinsab F’Qagħda Kritika. Ma Ninsewhx Fit-Talb Tagħna” – Frank Zammit

Permezz ta’ messaġġ qasir u urġenti fuq il-paġna tiegħu, Frank Zammit appella għat-talb u ħabbar li missieru jinsab f’qagħda kritika.

Hu spjega, “Ġejt mgħarraf mill-isptar Mater Dei li ħajjet missieri tinsab f’qagħda kritika. Ma ninsewhx fit-talb tagħna. Pa nħobbuk ħafna.”



Dan il-messaġġ irċieva bosta kummenti ta’ sapport, fosthom diversi persuni li kitbu, “Fit-talb tagħna”, u “Alla jbierku u jżomm idu fuqu dejjem. Nawgura li jħossu aħjar malajr.”



Hu tassew sentiment sabiħ li tara lill-Maltin jingħaqdu flimkien u joffru t-talb tagħhom. Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt noffru lil Frank Zammit u lill-familja tiegħu l-kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli u nitolbu biex Alla jkompli jieħu ħsiebhom.



Ritratti:

Facebook / Frank Zammit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI