“Nifirħu Lil Patri David Pace MSSP, Patri Ryan Dalli OFM Cap., U Dun Jerome Barnabas Fl-Ordinazzjoni Tagħhom” – Arċdjoċesi Malta

L-Arċdjoċesi ta’ Malta ħabbru l-ordinazzjoni ta’ tliet saċerdoti ġodda.

Kitbu, “Nifirħu lil Patri David Pace MSSP, Patri Ryan Dalli OFM Cap., u Dun Jerome Barnabas fl-ordinazzjoni tagħhom bħala saċerdoti ġodda.”

Żiedu jgħidu, “Waqt li rrifletta fuq dan il-jum speċjali, anki bħala messaġġ ta’ tama għall-Knisja kollha li Alla għadu jsejjaħ, l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi spjega li l-Mulej qed jikkonsagra lis-saċerdoti l-ġodda bl-Ispirtu tiegħu u jibgħathom bħala ministri tal-imħabba u l-ħniena tiegħu. Fakkarhom li s-saċerdot hu qabelxejn bniedem maħbub minn Alla u li l-pedament tal-ministeru tiegħu hu l-għaqda ma’ Alla u t-talb: “Saċerdot li ma jibqax jitlob, ftit ftit jispiċċa vojt. Iżda saċerdot bl-għeruq tiegħu fit-talb isir mezz li permezz tiegħu Alla jista’ jmiss il-qlub, ifejjaq il-ġrieħi u jqajjem it-tama.”



Qalu wkoll, “Qal li fuq l-eżempju ta’ Kristu, is-saċerdoti marbuta mal-missjoni u l-għotja sħiħa lill-oħrajn meta jisimgħu, jilqgħu u jkunu qrib dawk li qed ibatu. Enfasizza wkoll li għandhom jmexxu lin-nies lejn il-Mulej, u mhux lejhom infushom, u talab lil Marija tgħallimhom jaqdu b’umiltà, bil-ferħ, bil-fedeltà u bil-kuraġġ. “





Ritratti:

Facebook / Archdiocese of Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI