Tħabbret Il-Mewt Ta’ Patri Norbert Ellul Vincenti OFM, Saċerdot Li Ħalla Impatt Kbir Fuq Ħafna Maltin

Tħabbret il-mewt ta’ Patri Norbert Ellul Vincenti, saċerdot Franġiskan magħruf għall-ħidma pastorali, edukattiva u spiritwali tiegħu fi ħdan il-komunità. L-aħbar tħabbret mill-Parroċċa Franġiskana Santwarju Madonna Sacro Cuor, li sellmet il-memorja tiegħu b’messaġġ emozzjonanti li jfakkar il-kontribut kbir li ta matul is-snin.

Fil-messaġġ intqal li Patri Norbert kien wieħed mill-patrijiet li għex u ħadem fis-santwarju u fil-parroċċa bħala saċerdot, fejn permezz tal-kelma tiegħu waqt is-Sagrament tal-Qrar u r-riflessjonijiet tiegħu fil-Quddies, wassal faraġ u tama lil ħafna membri tal-komunità parrokkjali.



Tul il-ministeru tiegħu, Patri Norbert serva wkoll bħala edukatur fil-formazzjoni ta’ studenti Franġiskani fit-triq tagħhom lejn is-saċerdozju. Barra minn hekk, kien jgħallem kemm fi skejjel tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja.



Kien magħruf ukoll bħala kittieb regolari f’diversi ġurnali u opinjonista rispettat, fejn ħafna kienu jfittxu l-ħsibijiet u r-riflessjonijiet tiegħu fuq temi soċjali, umani u reliġjużi. Il-parroċċa rringrazzjatu “għad-doni li kellu u li qasamhom ma’ kull min fittex il-kwalitajiet tiegħu, għal ħajja aktar umana, ċivilizzata u Kristjana.”

Bosta persuni diġà sellmu l-memorja tiegħu u esprimew il-gratitudni tagħhom għall-impatt pożittiv li ħalla fuq il-ħajja ta’ tant nies matul is-snin ta’ servizz tiegħu.



Ritratti:

Facebook / Norbert Ellul Vincenti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI