Skopri Min Kienu L-Ġurija Ta’ Malta Għal Din Is-Sena Waqt Il-Eurovision Song Contest Li Sar Fi Vjenna!

Ġew żvelati l-membri tal-ġurija Maltija li taw il-voti tagħhom waqt il-Eurovision Song Contest, fejn AIDAN permezz tal-kanzunetta Bella irrappreżenta lil Malta u spiċċa fit-18-il post fil-klassifika finali.

Il-ġurija Maltija kienet magħmula minn Kevin Abela, Mychael Bartolo Chircop, Sigmund Mifsud, Stephen Mintoff, Andrea Frendo, Julia Cassar u Giselle Calleja. Dawn il-membri kienu responsabbli biex jivvutaw f’isem Malta u jagħtuu l-punti tagħhom lill-pajjiżi parteċipanti waqt il-kompetizzjoni.



AIDAN permezz ta’ Bella rnexxielu jwassal lil Malta sal-finali tal-Eurovision Song Contest, fejn il-prestazzjoni tiegħu kisbet apprezzament minn diversi partitarji tal-festival madwar l-Ewropa, minkejja li finalment Malta spiċċat fit-18-il post.



Prosit AIDAN! Għamiltna kburin bil-prestazzjoni tiegħek!



Ritratti:

Facebook / Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI