Transport Malta wissiet lill-pubbliku dwar scam li bħalissa qed jiċċirkola relatat ma’ allegati multi tat-traffiku. Fi stqarrija, l-awtorità spjegat li diversi persuni qed jirċievu messaġġi suspettużi dwar multi li suppost għandhom jitħallsu, iżda enfasizzat li dawn il-messaġġi huma foloz.
Transport Malta appellat sabiex il-pubbliku jinjorahom kompletament u fuq kollox ma jiftaħ l-ebda link li jkun inkluż fil-messaġġ. L-awtorità qalet ukoll li l-każ diġà qed jiġi segwit mal-awtoritajiet relevanti sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Dan it-tip ta’ scam huwa maħsub biex iqarraq bin-nies u possibilment jisraq informazzjoni personali jew finanzjarja, għalhekk il-pubbliku qed jiġi mħeġġeġ joqgħod attent ħafna qabel jagħfas fuq links minn sorsi mhux verifikati.
Transport Malta fakkret li kull komunikazzjoni uffiċjali għandha dejjem tiġi vverifikata permezz tal-kanali uffiċjali tagħha.
Faceook / Transport Malta