Ħafna Maħsuda Bil-Mewt Ta’ Clint Calleja Li Kellu 42 Sena!

Ħafna jinsabu maħsuda u mnikkta wara t-tħabbira tal-mewt ta’ Clint Calleja fl-età ta’ 42 sena. Fost dawk li sellmulu l-memorja kien hemm Wenzu The Voice, li qasam messaġġ emozzjonanti ferm dwar il-ħbiberija twila li kien hemm bejniethom.

“Lanqas irrid nemmen b’din l-aħbar, Clint Calleja… Ħallejtni bla kliem,” kiteb Wenzu fuq il-midja soċjali. Hu rrakkonta kif huma kienu ilhom ħbieb għal 23 sena, fejn flimkien għaddew minn ħafna mumenti, kemm sbieħ kif ukoll diffiċli, iżda dejjem żammew rispett kbir lejn xulxin.

Wenzu żvela wkoll li ftit jiem ilu biss kienu qed jippjanaw biex jiltaqgħu għal kafè, laqgħa li issa qatt ma se sseħħ. “Erbat ijiem ilu konna qed niftiehmu biex niltaqgħu għal kafè… u issa dan il-kafè qatt mhu se nkunu nistgħu nieħduh,” kiteb b’niket kbir.



Fil-messaġġ tiegħu, hu fakkar kif iltaqgħu għall-ewwel darba 23 sena ilu waqt xogħol flimkien f’Bugibba, u minn dak iż-żmien inħolqot ħbiberija soda. “Konna nqattgħu ġranet sħaħ flimkien, minn filgħodu sa filgħaxija… kemm smajna rap, kemm ħlomna flimkien…”



Wenzu ddeskriva lil Clint bħala persuna sinċiera li dejjem kienet tgħid dak li tħoss bla tlaqliq. Hu temm il-messaġġ tiegħu b’sellima emozzjonanti: “Sakemm nerġgħu niltaqgħu… Se tkun nieqes ħafna, imma qatt minsija.”

Il-mewt ta’ Clint Calleja ħalliet warajha mhux biss lill-familja tiegħu, iżda wkoll ħafna ħbieb u persuni li kienu jħobbuh u jirrispettawh. F’isem it-tim ta’ Gwida, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna!



Ritratti:

Facebook / Clint Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI