L-imprenditriċi żagħżugħa Maltija Elenya Spiteri waslet sal-finali tal-AmCham EU Youth Entrepreneurship Award, premju li jirrikonoxxi żgħażagħ innovattivi minn madwar l-Ewropa għall-viżjoni intraprenditorjali u l-impenn tagħhom lejn is-sostenibbiltà.
Elenya qed tmexxi Medilert, sistema intelliġenti għall-immaniġġjar tal-mediċini li tgħin persuni anzjani jieħdu l-mediċina fil-ħin permezz ta’ dispenser awtomatiku, notifiki u tfakkiriet bil-vuċi. L-idea nibtet mill-esperjenza tan-nanniet tagħha li kellhom diffikultajiet biex jimmaniġġjaw skedi kumplessi ta’ mediċini.
Il-proġett issa jinsab fost l-aqwa tliet finalisti, bir-rebbieħ jitħabbar waqt il-Gala Evening tal-AmCham EU fit-12 ta’ Ġunju.
Elenya qalet li tinsab “kburija immens” li ġiet magħżula bħala finalista u sostniet li l-għan tagħha hu li l-anzjani jibqgħu attivi u appoġġjati fil-komunità, filwaqt li jagħtu serħan il-moħħ lill-familji u caregivers tagħhom.
Facebook / Elenya Spiteri