Tewmin Ta’ 95 Sena Jiċċelebraw 70 Sena Saċerdozju  

Tewmin Irlandiżi li għandhom 95 sena qed jiċċelebraw 70 sena saċerdozju flimkien. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-knejjes li jinsabu fihom huma awgurawlhom f’din l-okkażjoni.

Huma qalu, “Awguri kbira lil Dun Matt Kelly mill-Parroċċa ta’ Kill li qed jiċċelebra s-70 anniversarju mill-ordinazzjoni tiegħu għas-saċerdozju. Ħuh it-tewmi, Dun Joe, wkoll qed jiċċelebra s-70 anniversarju tal-ordinazzjoni tiegħu. X’okkażjoni u kisba tassew straordinarja, u forsi anke l-ewwel waħda tax-xorta tagħha fid-dinja!”

Żiedu, “Dalgħodu saret quddiesa ta’ ċelebrazzjoni fil-Knisja Parrokkjali ta’ Bayside f’Dublin. L-Arċisqof ta’ Dublin, Dermot Farrell, kien assistit mill-Isqof Denis Nulty, l-Isqof Donal Roche, u Dun Willie O’Byrne PE minn Kill. Okkażjoni tassew sabiħa u memorabbli għall-parruċċani, l-kollegi, l-familja u l-ħbieb kollha.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI