“Uffiċjalment Dr Gianni Delia … Bħala Omm, Dan Il-Mument Iġib Miegħu Emozzjoni Kbira” – Moira Delia

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-preżentattriċi u attivista għad-drittijiet tal-annimali Moira Delia qasmet kelmtejn f’jum l-okkażjoni ta’ binha.

Hi qalet, “Uffiċjalment Dr Gianni Delia. Wara snin ta’ dedikazzjoni, sagrifiċċji u xogħol bla waqfien, illum qed tibda kapitlu ġdid tagħmel dak li dejjem ħlomt bih — tieħu ħsieb u taħdem mal-annimali!”

Żiedet tgħid, “Bħala omm, dan il-mument iġib miegħu emozzjoni kbira u fuq kollox tifsira tassew speċjali. Kburija bik lil hinn minn kull kelma, għall-bniedem determinat u mimli qalb li sirt. Awguri qalb ta’ qalbi, Dr Gianni Delia.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI