“Ġurnata Oħra, Ġeru Ieħor Diġa Qed Ibiddel Id-Dar Meta Għandu Biss Għaxar Ġimgħat” – Althea Galea

B’qalb maqsuma, Althea Galea kitbet dwar kelb ieħor li qed ifittex familja.

Hi spjegat, “Ġurnata oħra, ġeru ieħor diġa qed ibiddel id-dar meta għandu biss għaxar ġimgħat… Ovvjament l-ebda minn dan mhu tort Toffee, hu għadu biss tarbija. Sfortunatament meta ma tinsabx dar b’mod responsabbli u ma jkunx hemm dedikazzjoni, sitwazzjonijiet bħal dawn ikunu wisq komuni. Il-ġriewi mhumiex ġugarelli jew fażijiet, iżda xi ħaġa ħajja li għandha bzonn il-paċenzja u dedikazzjoni għal ħajjithom kollha.”

Żiedet tgħid, “Minn daqshekk, nixtieq ġenwinament nirringrazzja lill-mara li aċċettat l-għajnuna. Kellha qalb tajba u ta’ rispett kbir matul il-konverżazzjoni kollha. Dak ifisser ħafna. Normalment dawn is-sitwazzjonijiet iġibu magħhom l-ostilita`, anke meta nkunu biss qed nippruvaw ngħinu l-annimal.”

Temmet kliemha billi kitbet, “Grazzi tall-poġġejt lil Toffee l-ewwel u qabel kollox, u ħallejtna ngħinuh. Issa ejja nsibulu l-familja li tassew jistħoqqlu.”







Ritratti:

Facebook / Althea Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI