Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Eddie Attard sellem il-memorja tal-attakk terroristiku tal-Mafia li seħħ bħal-lum 34 sena. Eddie huwa l-awtur tal-kotba Delitti F’Malta fost diversi proġetti oħra.
Hu qal, “Insellem il-memorja tal-vittmi tal-attakk terroristiku tal-Mafia f’Capaci fit-23 ta’ Mejju 1992 – Il-Maġistrat Giovanni Falcone, martu Francesca Morvillo (maġistrat) u t-tliet membri tal-iskorta – Rocco Dicilio, Antonio Montinaro u Vito Schifani. Tislima wkoll lill-aktar membri tal-ġudikatura, pulizija, ġurnalisti, politiċi onesti u nies innoċenti li wkoll sfaw vittmi.”
Jistrieħu fis-sliem.