“Anke L-Ħajja Ta’ Ġewwa Fina Trid Tiġi Kkultivata U Maħduma … Teħtieġ Żerriegħa, Kura Kontinwa, U Għandha Bżonn Tiġi Mħarsa U Protetta” – Dr Nicholas Briffa

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Dr Nicholas Briffa qasam kelmtejn sbieħ fejn qabbel il-ġnien jew l-għalqa mal-ħajja.

Hu qal, “Il-ġnien jew l-għalqa huma metafori sbieħ tal-ħajja: anke l-ħajja ta’ ġewwa fina trid tiġi kkultivata u maħduma. Teħtieġ żerriegħa, kura kontinwa, u għandha bżonn tiġi mħarsa u protetta minn dak kollu li jista’ jagħmlilha ħsara.”

Kompla billi żied jgħid, “Il-ġnien, bħall-ħajja interjuri tagħna, huwa post ta’ xogħol, ta’ żrigħ u ta’ ħsad. Huwa post ta’ stennija u sodisfazzjon. Huwa biss permezz tal-paċenzja, tal-kura u tal-ħarsien li, maż-żmien, jista’ jagħti frott tajjeb.”







Ritratti:

Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI