Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi, kitbu l-awgurju tagħhom għall-Em. T. L-Kardinal Mario Grech fl-anniversarju mill-ordinazzjoni.
“Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lill-Em. T. l-Kardinal Mario Grech li llum jiċċelebra t-42 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu”
Huma jkomplu, “Filwaqt li nifirħu miegħu għad-don tas-saċerdozju, inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej jieqaf miegħu ħalli jkompli jaqdi l-Knisja fil-ministeru tiegħu. Nitolbu wkoll biex mill-Parroċċa tagħna jkomplu jitwieldu aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi. Ad Multos Annos!”
It-tim ta’ Gwida.mt jawgura lill-Em. T. Mario Grech f’dan l-anniversarju speċjali!