Illum l-attur lokali Emerson Bonello qed jiċċelebra 32 sena. Fis-snin riċenti lil Emerson rajnieh jieħu sehem f’bosta sensiliet fosthom DIVISION 7 kif ukoll Jackpot 4.
Emerson jiġi iben l-attur veteran Renzo Bonello li żgur m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif hu rinomat sew fix-xena tad-drama Maltija. Fil-fatt, lil Renzo ħafna jafuh għas-sehem tiegħu f’sensiliet bħal L-Avukat Gawdenz Bilocca kif ukoll Qegħdin Sew.
Mhux l-ewwel darba wkoll li ż-żewġ atturi ħadmu flimkien fl-istess produzzjoni. Fis-sensiela komika Għaqda Għoqda fil-fatt it-tnejn kellhom irwol ewlieni mhux biss quddiem il-kamera iżda wkoll wara l-kwinti.
F’jum għeluq sninu, Renzo awguralu l-isbaħ xewqat fuq il-midja soċjali.
Awguri, Emerson!
Facebook / Renzo Bonello