“35. Grata Għal Sena Oħra” – Tagħlaq Sninha L-Kantanta Lokali Amber

Warrior 2015

Illum huwa jum għeluq snin il-kantanta lokali Amber, li tibqa’ magħrufa bħala l-ambaxxatriċi Maltija fil-Eurovision tal-2015, bil-kanzunetta Warrior.

Maż-żmien lil Amber rajnieha anke f’irwoli differenti fosthom bħala preżentatriċi waqt il-Malta Eurovision, bħala membru tal-ġurija ta’ X Factor Malta, kif ukoll waħda mill-osservaturi ta’ The Masked Singer Malta.

Amber illum il-ġurnata omm, irwol li bla dubju ġab miegħu ferħ kbir. Saħansitra lura fl-2024, iddedikat kanzunetta għal binha, Ġużi.

Amber qasmet ritratt għall-okkażjoni u kitbet, “35. Grata għal sena oħra.” Awguri mill-qalb għażiża!







Ritratti:

Facebook/ Amber

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI