“Kellna Nieħduh L-Isptar!” – Iċ-Ċkejken Harvey Wara Li Ftit Ġimgħat Ilu Mar L-Iskola Għall-Ewwel Darba

Ftit ġimgħat ilu, wara madwar tlett snin u nofs jiġġieled il-kanċer b’determinazzjoni u reżiljenza liema bħalha, iċ-ċkejken Harvey kien fis-seba’ sema sabiex imur għall-ewwel ġurnata skola ta’ ħajtu.

Sfortunatament, madankollu, ilbieraħ iċ-ċkejken kellu jiddaħħal l-isptar wara li telagħlu d-deni fejn irriżulta li fil-fatt għandu infezzjoni.

Omm Harvey spjegat kif minħabba l-fatt li matul dawn l-aħħar snin iċ-ċkejken ħa l-kimoterapija b’mod regolari, hu għadu fiżikament vulnerabbli u kien għal din ir-raġuni li kellu jiddaħħal l-isptar.

F’aġġornamenti riċenti li tat fuq il-midja soċjali, l-omm spjegat li Harvey se jkollu jinżamm l-isptar għal ftit jiem.

Nawguraw fejqan ta’ malajr liċ-ċkejken Harvey!







Ritratti:

Instagram / @samselbyhigherself

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI