L-Iskejjel Ser Jiftħu Normali Nhar It-Tnejn Li Ġej

Klassi

Il-pubbliku ġie infurmat li nhar it-Tnejn li ġej, l-ewwel ta’ Ġunju, l-iskejjel f’Malta u Għawdex se jiftħu b’mod normali.

Se jsir kollox kif skedat. Fi stqarrija, il-Ministeru għall-Edukazzjoni ikkonferma li qatt ma tħabbar li se jieqfu l-iskejjel jew is-servizz tat-trasport tal-iskejjel.

Is-servizz tat-trasport hu mistenni li jkompli jiġi provdut skont l-obbligi kuntrattwali. Il-ġenituri u l-istudenti għandhom isegwu l-arranġamenti tal-iskola u tat-trasport għall-ġurnata tat-Tnejn bħas-soltu.

Il-Ministeru temm billi jirringrazzja lil dawk kollha involuti għall-koperazzjoni tagħhom.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI