Athletics Malta kompliet tagħti prova tal-impenn tagħha lejn l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-atletika fil-gżejjer Maltin permezz ta’ prestazzjoni impressjonanti mit-tim nazzjonali fil-Kampjonati tal-Istati ż-Żgħar Ewropej li saru f’Monaco.
F’aħbar li xxandret fuq il-midja soċjali, Athletics Malta ċċelebrat ir-riżultat eċċellenti miksub mit-Tim Malti, li temm il-kompetizzjoni fit-tieni post fost 16-il nazzjon parteċipanti.
It-tim Malti rnexxielu jirbaħ total ta’ 11-il midalja: tlieta tad-deheb, erbgħa tal-fidda u erbgħa tal-bronż. Dan is-suċċess jirrifletti l-missjoni ta’ Athletics Malta li tappoġġja lill-atleti tagħna fil-vjaġġ tagħhom lejn l-ogħla livelli ta’ kompetizzjoni u tkompli tibni kultura sportiva b’saħħitha f’Malta.
Prosit kbira lil kulħadd!