Illum hi l-ġurnata speċjali ta’ Rita Pace, kantawtriċi li rajnieha f’diversi festivals lokali kemm bħala kantawtriċi, kif ukoll bħala awtriċi.
Rita kienet il-moħħ wara diversi kanzunetti Maltin li baqgħu ttimbrati fl-istorja tal-mużika lokali, fosthom Jien Ma Naħdimx. Il-kanzunetta, kantata minn Karen DeBattista, fuq mużika ta’ Mark Scicluna, kienet rebħet L-Għanja tal-Poplu fl-2014.
“Dak iż-żmien kien għad kelli t-tfal żgħar ħafna, u xi ftit jew wisq awtobijografika għax kont waqaft mix-xogħol fulltime tiegħi biex nieħu ħsieb lit-tfal. Imma ħadt gost ħafna li kelli ċ-ċans nesprimi din it-tema, u meta avviċinawni Mark u Karen, kienet propja il-lirika li kelli f’moħħi. Kienet għamlet success kbir u għadha tindaqq sal-lum,” kienet qaltilna dwar din il-kanzunetta waqt intervista li kellna ma’ Rita.
Sena ilu, f’Awwissu 2025, Rita ħarġet rebbieħa f’L-Għanja Tal-Poplu, din id-darba bħala kantawtriċi. Hi rebħet bil-kanzunetta Narakom L-Infern.
Kemm-il darba rajnieha u għadna narawha tkanta waqt programmi televiżivi b’dak l-istil partikolari kemm fil-vuċi kif ukoll fil-mużika.
Awguri minn qabna Rita u nixtiqulek ħafna suċċessi, hena, saħħa u kulma tixtieq qalbek!
Facebook/ Rita Pace