“Bħal-Lum 20 Sena Tlift Lil Dik It-Tfajla Li Tant Ħabbejt… Maria Lourd” – Jum Emozzjonali Għal Ivan Gaffiero

Il-preżentatur Ivan Gaffiero qasam messaġġ emozzjonali fuq il-midja soċjali biex ifakkar lil Maria Lourd, tfajla li, kif qal hu stess, kienet daħlet fil-qalb ta’ ħafna Maltin.

Illum l-1 ta’ Ġunju qed titfakkar 20 sena minn meta Maria Lourd ħalliet din id-dinja. Ifakkar fil-mumenti sbieħ li qasmu flimkien matul is-snin, fosthom suċċessi li kisbu bħala tim u l-ferħ li kien jara f’wiċċha waqt li kienet tkanta u timmudella.

“Bħal-lum 20 sena tlift lil dik it-tfajla li tant ħabbejt… Maria Lourd. Kont tlift anġlu. Din it-tfajla kienet ta’ eżempju kbir għal ħafna nies. Dak iż-żmien kienu mumenti diffiċli f’ħajti, u kont ngħid qed ngħix għaliha.”

Ivan ifakkar kemm ferħet bil-kuruna li taha meta rebħet Ms Angel of Gaffiero Productions, kif ukoll dwar meta reġgħet iltaqgħet ma’ zijitha.

Strieħ fis-sliem Maria Lourd. Kuraġġ dejjem Ivan. Telfa li żgur jibqa’ jħoss għal dejjem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI