“Għalkemm Il-Ħajja Kienet Diffiċli Għaliha, Xorta Baqgħet Perfetta U Sabiħa” – Din Il-Kelba Qed Tfittex Familja

Il-paġna uffiċjali tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati kitbet dwar kelba ġdida li daħlet għandhom u li qed tfittex familja.

Huma spjegaw, “Gorga, oħra ġdida waslet għandna. Hi għandha madwar sitt snin u għalkemm il-ħajja kienet diffiċli għalliha, xorta baqgħet perfetta u sabiħa. Ġiet imsewwija, ngħatat it-trattamenti li hemm bżonn u rċeviet l-ewwel vaċċin. L-unika ħaġa li għandhom bżonn hi dar, dar ta’ vera li mhux se tfalliha. Ejjew inxerrdu għal Gorga, din il-fox terrier cross sabiħa.”

Tidher wisq ħelwa din il-kelba u verament jixraqilha dar mimlija mħabba. Għajnejha jesprimu t-tbatija li rat iżda issa tinstab sigura għand l-AAA. Xerrdu dan l-artiklu biex insibu familja li lesta tiftaħ qalbha għal Gorga.

Facebook / Association for Abandoned Animals

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI