Iċ-champion nazzjonali taċ-ċikliżmu, Luke Borg, ħabbar li reġa’ rebaħ dan it-titlu għar-raba’ darba konsekuttiva.
Hu spjega fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, “Ir-raba’ rebħa konsekuttiva tiegħi bħala Champion Nazzjonali. Kien staġun diffiċli, speċjalment mentalment, bejn studju, xogħol, rota, familji, u relazzjonijiet.”
Żied jgħid, “Is-sena 2026 urietni l-prioritajiet tiegħi. Sibt lili nnifsi nsaqsi ‘għaliex qed insuq ir-rota meta qed inħossni għajjien mejjet?’ ħafna drabi.”
Irringrazzja lil diversi persuni għall-għajnuna tagħhom biex dawn l-avvenimenti jkunu possibbli.
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb talli reġa’ kiseb dan it-titlu prestiġjuż. Dan juri biċ-ċar id-determinazzjoni tiegħu, u l-imħabba tiegħu lejn dan l-isport. Awguri Luke!
Facebook / Luke Borg