Il-paġna ta’ Facebook Guilherme’s Journey of Hope qasmet awgurju speċjali għal missier Guilherme, li llum jiċċelebra għeluq sninu. Flimkien mal-messaġġ qasmu ritratt mill-isbaħ tagħhom flimkien.
“Happy Birthday Papà. Grazzi ta’ kemm taħdem u tirsisti għalina biex din il-familja tibqa’ għaddejja. Grazzi ta’ kemm tbati fis-skiet. Int is-saħħa tagħna. Int il-kuraġġ tagħna. Int il-qalb tal-familja tagħna. Għad-dinja inti numru… Imma għalina inti d-dinja. Inħobbuk, Pa”
Bosta kkummentaw biex jawguraw lill-missier. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, Awguri!