Minħabba l-kundizzjoni tal-awtiżmu, Giuseppi ma jitkellimx u għalhekk ma jistax ifisser is-sentimenti u l-ħsibijiet tiegħu bid-diskors; minflok hu jfissirhom bil-poeżija.
F’intervista ma’ Maria La Barokka waqt il-programm Kuxjenza, Pamela Camilleri li tiġi omm Giuseppi, tispjega kif meta binha kien iżgħar bdiet tosserva li beda jikkomunika billi jikteb sentenzi bi struttura mhux ordinarja. Wara ftit ħsieb intebħu li binhom bl-awtiżmu fil-fatt kien qiegħed jikteb versi poetiċi.
It-talent tal-kitba ta’ Giuseppi wasslu sabiex is-sena l-oħra, bil-għajnuna ta’ The Malta Trust Foundation, ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu li bl-isem ta’ ‘A Glimpse Into Giuseppe’s World’ jiġbor fih għadd ta’ poeżiji miktuba minnu stess.
Facebook / Maria La Barokka u The Malta Trust Foundation