Ftit ġimgħat wara t-tieġ tagħha, il-kantanta lokali Gillian Attard qasmet messaġġ emozzjonali dwar l-imħabba, il-familja u l-memorji sbieħ li għexet fil-ġurnata speċjali tagħha u ta’ żewġha.
F’ritratt li tellgħet fuq il-midja soċjali, Gillian fissret kif kull darba li tħares lejn dik ix-xena tara biss imħabba madwarha.
“Ibni ħdejja, u n-nies li nsejjaħ familja madwarna f’waħda mill-isbaħ jiem ta’ ħajti… f’dan ir-ritratt kull wieħed u waħda minnhom għandu post speċjali f’qalbi. Huma baqgħu miegħi bi mħabba, qasmu l-ferħ tiegħi, u għenu biex joħolqu memorji li jibqgħu miegħi għal dejjem.”
Il-kantanta żiedet tgħid li ma kellhiex sempliċiment bridal team, iżda familja f’dak il-mument prezzjuż ħafna ta’ ħajjitha.
Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, Gillian Attard qalet li tibqa’ dejjem grata għal dak kollu li għexet dakinhar u li qatt mhu se tinsa din il-ġurnata sabiħa!
Facebook/ Gillian Attard