Il-kantanta Maltija Denise Mercieca qasmet aġġornament ferrieħi mas-segwaċi tagħha fuq il-midja soċjali.
F’messaġġ qasir u sempliċi iżda ottimist ħafna , Denise kitbet: “29!… għal aktar mużika, aktar proġetti eċitanti kif ukoll dar ġdida fit-triq. Għandi ħafna għal xiex inkun grata!” Mill-kliem tagħha jidher li l-kantanta qed tħares ‘il quddiem lejn kapitlu ġdid f’ħajjitha, b’aktar mużika u diversi proġetti li mistennija tħabbar fil-futur qarib.
Barra minn hekk, Denise żvelat ukoll li qed tħejji ruħha għal dar ġdida, pass importanti li jidher li qed jimlieha b’entużjażmu u gratitudni.
Is-segwaċi tagħha wasslulha l-awguri tagħhom filwaqt li ħafna esprimew il-ħerqa tagħhom biex jaraw x’se ġġib magħha din il-fażi l-ġdida fil-karriera u fil-ħajja personali tagħha.
Fb/ Denise Mercieca