Twissija Lir-Residenti Ta’ Ħal Qormi: Evitaw Tħallu L-Vetturi Pparkjati Fil-Widien Minħabba L-Maltemp

Il-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi ħareġ avviż importanti lir-residenti kollha tal-lokalità hekk kif it-tbassir tat-temp qed jindika possibbiltà ta' maltemp matul il-jiem li ġejjin. Il-Kunsill qed iħeġġeġ lis-sidien tal-vetturi biex jevitaw iħallu l-karozzi tagħhom ipparkjati fil-widien ta' Ħal Qormi bħala miżura ta' prekawzjoni.

Dan qed isir biex jitnaqqas ir-riskju ta' ħsara lill-vetturi u biex tiġi mħarsa s-sigurtà tal-pubbliku f'każ li l-livelli tal-ilma jogħlew jew iseħħ għargħar minħabba x-xita mistennija. Il-Kunsill Lokali rringrazzja lir-residenti għall-koperazzjoni tagħhom u appella biex kulħadd isegwi din il-parir sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet perikolużi u danni li jistgħu jiġu evitati.

Ħudu ħsieb u oqogħdu attenti!

Ritratti:

Facebook / Kunsill Lokali Qormi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI